GRAD TA’ MASTER OF ARTS IN CULTURAL HERITAGE MANAGEMENT TAĦT IL-PATROĊINJU TAL-FAKULTÀ TAL-AMBJENT MIBNI [ L.S.327.311 1 LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 327.311 ORDINAMENTI GĦALL-GRAD TA’ MASTER OF ARTS IN CULTURAL HERITAGE MANAGEMENT TAĦT IL-PATROĊINJU TAL-FAKULTÀ TAL-AMBJENT MIBNI 19 ta’ Lulju, 2013 L-AVVIŻ LEGALI 203 tal-2013, kif emendat bl-Avviż Legali 296 tal2022. 1.
(1)It-titolu ta’ dawn l-ordinamenti hu l-Ordinamenti għallGrad ta’ Master of Arts in Cultural Heritage Management taħt ilpatroċinju tal-Fakultà tal-Ambjent Mibni. Titolu u interpretazzjoni.
(2)F’dawn l-ordinamenti, kemm-il darba r-rabta tal-kliem ma teħtieġx mod ieħor "il-Bord" tfisser il-Bord tal-Fakultà tal-Ambjent Mibni; "il-Grad" tfisser il-Grad ta’ Master of Arts in Cultural Heritage Management; "il-kors" tfisser il-programm ta’ studju li jwassal għall-Grad ta’ Master of Arts in Cultural Heritage Management; "il-Postgraduate Diploma" tfisser il-Postgraduate Diploma in Cutural Heritage Management; u "ir-Regolamenti Prinċipali" tfisser ir-Regolamenti Ġenerali għarRikonoxximenti Universitarji ta’ wara l-Ewwel Grad. L.S. 327.328 2. Dawn l-ordinamenti għandhom japplikaw għall-korsijiet li jibdew f’Ottubru 2012 jew wara. Applikabilità. 3.
(1)Il-kors ikun miftuħ għall-applikanti li għandhom grad ta’ Bachelor miksub mill-inqas fit-Tieni Klassi bl-Unuri jew f ’Kategorija II, f ’dixxiplina relatata mal-Arkeoloġija, lEdukazzjoni, l-Istorja, l-Istorja tal-Arti, il-Konservazzjoni jew fi kwalunkwe qasam ieħor meqjus rilevanti mill-Bord. Rekwiżiti għaddħul.
(2)F’każijiet eċċezzjonali il-Bord tad-Dħul, fuq irrakkomandazzjoni tal-Bord, jista’ jdaħħal fil-kors applikanti li m’għandhomx il-grad ta’ Bachelor, sakemm li l-Bord ikun sodisfatt li dawn l-applikanti għandhom kwalifiki akkademiċi jew professjonali oħra u esperjenza li flimkien ikunu meqjusa bħala komparabbli mal-kwalifiki mniżżla fil-paragrafu
(1)ta’ dan lordinament. 4. Il-kors għandu jinfirex fuq tliet semestri ta’ studju fuq bażi full-time jew l-ekwivalenti fi studju fuq bażi part-time, u għandu jinkludi wkoll stage li jsir matul il-perjodu tas-sajf. Tul tal-kors. 5.
(1)Il-programm ta’ studju għandu jkun magħmul minn taqsimiet studju li għalihom hemm assenjati total ta’ 90 kredtu ECTS, li minnhom 55 kredtu ECTS ikunu assenjati għal taqsimiet studju mgħallma, 5 kredti ECTS ikunu assenjati għall-istage tas- Programm ta’ studju. 2 GRAD TA’ MASTER OF ARTS IN CULTURAL HERITAGE MANAGEMENT TAĦT IL-PATROĊINJU [ L.S.327.311 TAL-FAKULTÀ TAL-AMBJENT MIBNI sajf u 30 kredtu ECTS ikunu assenjati għat-taqsima studju taddissertazzjoni.
(2)L-istudenti kollha huma meħtieġa jagħmlu stage tas-sajf obbligatorju f ’istituzzjoni approvata mill-Bord, kif indikat filprogramm ta’ studju.
(3)L-istudenti li jiksbu minimu ta’ 60 kredtu ECTS assenjati għat-taqsimiet studju mgħallma u għall-istage tas-sajf, b’marka medja ta’ mill-inqas 50% għal dawk it-taqsimiet studju li għalihom jingħataw marka/grad, u li ma jkomplux il-kors, jew jekk komplew ma jkunux spiċċaw b’suċċess id-dissertazzjoni, jkunu eliġibbli għall-għoti tal-Postgraduate Diploma.
(4)Il-programm ta’ studju għandu jkun ippubblikat wara lapprovazzjoni tas-Senat, normalment mhux anqas minn tmien xhur qabel il-bidu tal-kors. Valutazzjoni u progress. Emendat: A.L.296 tal-2022. 6.
(1)Il-valutazzjoni ta’ kull taqsima studju mgħallma għandha tkun kompluta sal-aħħar tas-semestru li fih ikun sar ittagħlim tat-taqsima studju.
(2)Dawk l-istudenti li f’xi sena akkademika jeħlu filvalutazzjoni ta’ mhux aktar minn 20 kredtu ECTS għat-taqsima studju mgħallma, jekk ikunu qegħdin isegwu l-kors full-time, jew mhux aktar minn 10 kredti ECTS għat-taqsima studju mgħallma jekk ikunu qegħdin isegwu l-kors part-time, jingħataw lopportunità li joqogħdu għall-valutazzjoni mill-ġdid fit-taqsimiet studju li weħlu minnhom fis-sessjoni tal-eżamijiet supplimentari ta’ Settembru.
(3)L-istudenti li jeħlu f’aktar mill-għadd ta’ kredti permess skont il-paragrafu
(2)ta’ dan l-ordinament, jew l-istudenti li wara valutazzjoni mill-ġdid ma jiksbux il-kredti għal xi taqsima studju mgħallma, jkunu meħtieġa li jirtiraw mill-kors.
(4)It-taqsima studju li tinvolvi stage tas-sajf għandha tkun valutata fuq bażi ta’ Għadda/Weħel. L-istudenti li ma jtemmux jew jeħlu fil-valutazzjoni tal-istage tas-sajf m’għandux ikollhom iddritt li joqogħdu għall-valutazzjoni mill-ġdid u jkunu meħtieġa jirtiraw mill-kors.
(5)Dissertazzjoni. Imħassar bl-Avviż Legali 296 tal-2022. 7.
(1)L-istudenti huma meħtieġa jippreżentaw dissertazzjoni individwali ta’ mhux aktar minn 25,000 kelma skont il-linji gwida maħruġin mill-Bord.
(2)Ix-xogħol fuq id-dissertazzjoni għandu jsir fit-tielet semestru tal-kors. Kull student ikun assenjat superviżur li għandu jipprovdi gwida u pariri fuq bażi regolari waqt il-perijodu ta’ studju.
(3)It-titolu provviżorju tad-dissertazzjoni u l-proposta ta’ riċerka dettaljata għandhom ikunu mressqa għall-approvazzjoni talBord sal-aħħar tat-tieni semestru. Superviżur. 8.
(1)L-istudenti huma meħtieġa jkollhom kuntatt regolari mas-superviżur tagħhom, għall-inqas darba fix-xahar. GRAD TA’ MASTER OF ARTS IN CULTURAL HERITAGE MANAGEMENT TAĦT IL-PATROĊINJU TAL-FAKULTÀ TAL-AMBJENT MIBNI [ L.S.327.311 3
(2)Is-superviżuri għandhom jibgħatu lill-Bord rapporti dwar il-progress tal-istudenti taħt is-superviżjoni tagħhom fit-tmiem ta’ kull semestru ta’ studju, kemm jekk l-istudent ikun qiegħed isegwi l-kors fuq bażi full-time u kemm jekk part-time. Dawn ir-rapporti jistgħu jinkludu rakkomandazzjoni li jew (
- a)jittawwal il-perijodu ta’ studju biex l-istudent ikun jista’ jtemm id-dissertazzjoni; jew (
- b)jintemmu l-istudji qabel il-waqt jekk is-superviżur jidhirlu li dan huwa xieraq fiċ-ċirkostanzi, sakemm li: (
- i)l-estensjoni tal-perijodu ta’ studju msemmija f’(
- a)tkun skont id-dispożizzjonijiet tar-Regolamenti Prinċipali; u (
- ii)il-Bord ma jistax itemm l-istudji qabel il-waqt skont (
- b)jekk qabel ma jkunx ta opportunità lill-istudent li jiddefendi l-każ tiegħu. 9. Il-Marka Medja Finali Mwieżna għall-iskop talklassifikazzjoni tal-Postgraduate Diploma u tal-Grad għandha tkun ibbażata fuq ir-riżultati miksuba fit-taqsimiet studju mgħallma, bilkredti kollha jingħataw piż indaqs. Klassifikazzjoni tarRikonoxximenti. 10. Id-dispożizzjonijiet tal-ordinamenti preċedenti għandhom japplikaw mutatis mutandis għall-korsijiet li jsiru fuq bażi parttime, u suġġett għal dawk it-tibdiliet li jistgħu raġonevolment jitqiesu mill-Bord bħala neċessarji minħabba fin-natura part-time tal-kors. Dispożizzjonijiet speċjali għallkorsijiet fuq bażi part-time.