GRAD TA’ MASTER OF ARTS IN ADULT EDUCATION TAĦT IL-PATROĊINJU TAL-FAKULTÀ TA’ L-EDUKAZZJONI [ L.S.327.345 1 LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 327.345 ORDINAMENTI GĦALL-GRAD TA’ MASTER OF ARTS IN ADULT EDUCATION TAĦT IL-PATROĊINJU TAL-FAKULTÀ TA’ L-EDUKAZZJONI 20 ta’ Marzu, 2009 L-AVVIŻ LEGALI 82 tal-2009, kif emendat bl-Avviżi Legali 221 tal-2019 u 143 tal-2022. 1.
(1)It-titolu ta’ dawn l-Ordinamenti hu l-Ordinamenti għall-Grad ta’ Master of Arts in Adult Education taħt il-patroċinju tal-Fakultà ta’ l-Edukazzjoni. Titolu u interpretazzjoni.
(2)F’dawn l-ordinamenti, kemm-il darba r-rabta tal-kliem ma teħtieġx mod ieħor "il-Bord" tfisser il-Bord tal-Fakultà ta’ l-Edukazzjoni; “il-Grad” tfisser il-grad ta’ Master of Arts in Adult Education; "il-kors" tfisser il-programm ta’ studju li jwassal għall-grad ta’ Master of Arts in Adult Education; "il-Postgraduate Diploma" tfisser il-Postgraduate Diploma in Adult Education; u "ir-Regolamenti Prinċipali" tfisser ir-Regolamenti Ġenerali għarRikonoxximenti Universitarji ta’ wara l-Ewwel Grad. L.S. 327.328 2. Dawn l-ordinamenti għandhom japplikaw għall-korsijiet li jibdew f’Ottubru 2019 jew wara. Applikabilità. Emendat: A.L. 221 tal-2019 3.
(1)Il-kors huwa miftuħ għall-applikanti li għandhom: (
- a)grad ta’ Bachelor miksub ta’ l-anqas fit-Tieni Klassi bl-Unuri jew ta’ l-anqas f’Kategorija II f’qasam ta’ studju li l-Bord iqis li huwa addatat; jew (
- b)grad ta’ Bachelor miksub fit-Tielet Klassi bl-Unuri jew f’Kategorija III sakemm ikunu kisbu kwalifiki oħra, inkluża esperjenza rilevanti, wara l-grad ta’ lewwel ċiklu tagħhom.
(2)L-applikanti li ma jissodisfawx ir-rekwiżiti għad-dħul kif speċifikat fil-paragrafu
(1)ta’ dan l-ordinament jistgħu jkunu kkunsidrati wkoll biex jidħlu fil-Kors, sakemm li dawn l-applikanti jissottomettu evidenza ta’ esperjenza u kwalifiki li huma relatati mill-qrib mal-adult education u sakemm ukoll huma juru evidenza ta’ tagħlim miksub permezz ta’ esperjenza preċedenti li għandha tiġi evalwata skont il-proċeduri stabbiliti mill-University Policy for the Recognition and Accreditation of Prior Learning.
(3)Il-Bord jista’ jeħtieġ ukoll li l-applikanti li japplikaw skont is-sottoparagrafu (b) tal-paragrafu
(1)u tal-paragrafu
(2)ta’ dan lordinament biex joqogħdu għall-intervista li matulha l-abbiltà tagħhom biex itemmu l-Kors b’suċċess tiġi evalwata.
(4)L-intervisti għandhom ikunu mmexxija minn bord tal- Rekwiżiti għaddħul. Emendat: A.L. 221 tal-
- 2 L.S.327.345] GRAD TA’ MASTER OF ARTS IN ADULT EDUCATION TA}T IL-PATRO~INJU TAL-FAKULTÀ TA’ L-EDUKAZZJONI intervisti maħtur mill-Bord għal dan il-għan u għandu jkun magħmul għall-anqas minn tlett persuni. Tul tal-kors.
- Il-kors għandu jinfirex fuq tliet semestri ta’ studju fuq bażi full-time jew l-ekwivalenti fi studju fuq bażi part-time. Programm ta’ studju.
- Il-programm ta’ studju għandu jikkonsisti minn taqsimiet studju li għalihom hemm assenjati total ta’ 90 kredtu, li minnhom 60 kredtu assenjati għal taqsimiet studju mgħallma u 30 kredtu assenjati għat-taqsima studju tad-dissertazzjoni. Postgraduate Diploma.
- L-istudenti li jiksbu s-60 kredtu assenjati għat-taqsimiet studju mgħallma b’marka medja ta’ mill-anqas 50% u ma jkomplux fil-kors, jew wara li komplew ma jkunux spiċċaw b’suċċess iddissertazzjoni, jkunu eliġibbli għall-għoti tal-Postgraduate Diploma. Pubblikazzjoni talprogramm ta’ studju.
- Il-programm ta’ studju għandu jkun ippubblikat wara lapprovazzjoni tas-Senat, normalment mhux anqas minn tmien xhur qabel il-bidu tal-kors. Valutazzjoni u progress. 8.
(1)Il-valutazzjoni ta’ kull taqsima studju mgħallma għandha tkun kompluta sa l-aħħar tas-semestru li fih ikun sar ittagħlim tat-taqsima studju.
(2)Dawk l-istudenti li f’xi sena akkademika jeħlu filvalutazzjoni ta’ mhux aktar minn 20 kredtu għal taqsimiet studju mgħallma, jekk ikunu qegħdin isegwu l-kors full-time, jew mhux aktar minn 10 kredti jekk ikunu qegħdin isegwu l-kors part-time, jingħataw l-opportunità li joqogħdu għall-valutazzjoni mill-ġdid fit-taqsimiet studju li weħlu minnhom fis-sessjoni ta’ l-eżamijiet supplimentari ta’ Settembru.
(3)L-istudenti li jeħlu f’aktar mill-għadd ta’ kredti permess skond il-paragrafu
(2)jew l-istudenti li wara valutazzjoni mill-ġdid ma jiksbux il-kredti għal xi taqsima studju, jkunu meqjusa li weħlu mill-kors. Dissertazzjoni. Renumerat: A.L. 143 tal-2022. 9.
(1)L-istudenti huma meħtieġa jippreżentaw dissertazzjoni individwali ta’ madwar 25,000 kelma skond il-linji gwida maħruġin mill-Bord.
(2)Ix-xogħol fuq id-dissertazzjoni għandu jsir waqt it-tielet semestru tal-kors. Kull student ikun assenjat superviżur li għandu jipprovdi gwida u pariri fuq bażi regolari waqt il-perijodu ta’ listudju.
(3)It-titlu provviżorju tad-dissertazzjoni u l-proposta ta’ riċerka dettaljata jkunu mressqa għall-approvazzjoni tal-Bord salbidu tat-tieni semestru. Superviżur. Renumerat: A.L. 143 tal-2022. 10.
(1)L-istudenti għandhom iżommu kuntatt regolari massuperviżur tagħhom.
(2)Is-superviżuri għandhom jibgħatu lill-Bord rapporti dwar il-progress ta’ kull student taħt is-superviżjoni tagħhom fit-tmiem ta’ kull semestru ta’ studji, kemm jekk l-istudent ikun qiegħed isegwi l-kors fuq bażi full-time u kemm jekk part-time. Dawn irrapporti jistgħu jinkludu rakkomandazzjoni li jew (
- a)jittawwal ilperijodu ta’ studju biex l-istudent ikun jista’ jtemm id- GRAD TA’ MASTER OF ARTS IN ADULT EDUCATION TAĦT IL-PATROĊINJU TAL-FAKULTÀ TA’ L-EDUKAZZJONI [ L.S.327.345 3 dissertazzjoni; jew (
- b)jintemmu l-istudji qabel il-waqt jekk issuperviżur jidhirlu li dan huwa xieraq fiċ-ċirkostanzi, sakemm li: (
- i)l-estensjoni tal-perijodu ta’ studji kif imsemmija f’(
- a)tkun skond id-disposizzjonijiet tar-Regolamenti Prinċipali; u (
- ii)il-Bord ma jistax itemm l-istudji qabel il-waqt skond (
- b)jekk qabel ma jkunx ta opportunità lill-istudent biex jiddefendi l-każ tiegħu. 11. Il-Marka Medja Finali Mwieżna għall-iskop talklassifikazzjoni tal-Postgraduate Diploma u tal-Grad għandha tkun ibbażata fuq ir-riżultati miksuba fil-komponenti kollha talprogramm ta’ studju, bil-kredti kollha jingħataw piż indaqs. Klassifikazzjoni tarRikonoxximenti. Renumerat: A.L. 143 tal-2022. 12. Id-disposizzjonijiet ta’ l-ordinamenti preċedenti għandhom japplikaw mutatis mutandis għall-korsijiet li jsiru fuq bażi parttime, u suġġett għal dawk it-tibdiliet li jistgħu raġonevolment jitqiesu mill-Bord bħala neċessarji minħabba fin-natura part-time tal-kors. Disposizzjonijiet speċjali għallkorsijiet fuq bażi part-time. Renumerat: A.L. 143 tal-2022.