← Malta

L.S. 327.346 Ordinamenti għall-Grad ta’ Bachelor of Engineering (Honours) - B.Ind.Eng. (Hons) - taħt il-patroċnju tal-Fakultà tal-Inġinerija

GRAD TA’ BACHELOR OF ENGINEERING (HONOURS) B.IND. ENG. (HONS) - TAĦT IL-PATROĊINJU TAL-FAKULTÀ TAL-INĠINERIJA [ L.S.327.346 1 LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 327.346 ORDINAMENTI GĦALL-GRAD TA’ BACHELOR OF ENGINEERING - B.IND. ENG. (HONS) - TAĦT IL-PATROĊINJU TAL-FAKULTÀ TAL-INĠINERIJA 21 ta’ April, 2011 L-AVVIŻ LEGALI 136 tal-2011, emendat bl-Avviż Legali 352 tal-2020. 1.

(1)It-titolu ta’ dawn l-ordinamenti hu Ordinamenti għallGrad ta’ Bachelor of Engineering (Honours) - B.Ind.Eng. (Hons) taħt il-patroċnju tal-Fakultà tal-Inġinerija. Citation and interpretation.
(2)F’dawn l-ordinamenti, kemm-il darba r-rabta tal-kliem ma teħtiegx xort’oħra "il-Bord" tfisser il-Bord tal-Fakultà tal-Inġinerija; "il-Fakultà" tfisser il-Fakultà tal-Inġinerija; "il-Grad" tfisser il-grad ta’ Bachelor of Engineering (Honours) B.Eng. (Hons); "il-kors" tfisser il-programm ta’ studju li jwassal għall-grad ta’ Bachelor of Engineering (Honours) - B.Eng.(Hons); u "ir-Regolamenti Prinċipali" tfisser ir-Regolamenti Ġenerali għarRikonoxximenti Universitarji sa l-Ewwel Grad. L.S. 327.236 2. Dawn l-ordinamenti għandhom japplikaw għall-korsijiet li jibdew f’Ottubru 2020 jew wara. Applikabilità. Emendat: A.L. 352 tal-2020. 3. Il-Grad jista’ jingħata fi kwalunkwe wieħed mill-oqsma taħ studju li ġejjin: Oqsma ta’ studju. Electrical and Electronic Engineering; jew Mechanical Engineering. 4.
(1)Biex ikunu rreġistrati bħala studenti regolari fil-kors, lapplikanti għandhom: jew (
  1. a)jissodisfaw ir-rekwiżiti ġenerali għad-dħul kif speċifikati fir-Regolamenti għad-Dħul u jkunu għaddew ukoll fil-Livell Avvanzat tal-Matrikola bi Grad Ċ jew aħjar fil-Matematika Pura u fil-Fiżika; jew (
  2. b)għaddew mill-Eżami għaċ-Ċertifikat talEdukazzjoni Sekondarja bi Grad 5 jew aħjar fil-Malti u fil-Lingwa Ingli.a u jew mill-MCAST-BTEC Higher National Diploma f’qasam meqjus rilevanti għall-kors mill-Bord, jew mill-MCAST Diploma in Industrial Electronics.
(2)Jekk l-applikanti huma gradwati minn xi università jew għandhom kwalifiki oħra meqjusa suffiċjenti, huma jistgħu jkunu eżentati mill-Bord tad-Dħul tal-Università, fuq il-parir tal-Kumitat tad-Dħul tal-Fakultà, minn dawn ir-rekwiżiti speċjali tal-kors jew Rekwiżiti speċjali għad-dħul. Emendat: A.L. 352 tal-2020. 2 [ L.S.327.346 GRAD TA’ BACHELOR OF ENGINEERING (HONOURS) B.IND. ENG. (HONS) - TAĦT IL-PATROĊINJU TAL-FAKULTÀ TAL-INĠINERIJA minn parti minnhom.
(3)L-applikanti li jidħlu bħala “Studenti Adulti” (applikanti maturi) skont il-paragrafu (ċ) tar-regolament 6 tar-Regolamenti għad-Dħul għandu jkollhom dawk il-kwalifiki u/jew esperjenza li jissodisfaw lill-Kumitat tad-Dħul tal-Fakultà li huma leħqu l-livell akkademiku meħtieġ biex isegwu l-Kors bi profitt. Flimkien malapplikazzjoni tagħhom dawn l-applikanti huma meħtieġa jissottomettu ittra miktuba bl-Ingliż fejn jagħtu l-motivazzjoni tagħhom għaliex applikaw għall-Kors flimkien ma’ kopja talCurriculum Vitae (C.V.) tagħhom. Tul tal-kors. Sostitwit: A.L. 352 tal-2020. 5.
(1)Il-Kors għandu jinfirex fuq perijodu ta’ erba’ snin ta’ studju fuq bażi full-time jew sa tmien snin ta’ studju fuq bażi parttime.
(2)Il-Kors offrut fuq bażi ta’ part-time huwa miftuħ biss għallapplikanti aċċettati bħala studenti adulti kif indikat fil-paragrafu
(3)talordinament 4. Programm tal-kors. 6.
(1)L-applikanti huma meħtieġa jindikaw l-għażla tagħhom tal-qasam ta’ studju fi żmien is-sejħa tal-applikazzjonijiet.
(2)Il-kors għandu jikkonsisti minn taqsimiet għalihom hemm assenjati total ta’ 240 kredtu. studju li
(3)Il-Bord għandu jippubblika l-programm ta’ studju għal kull qasam ta’ studju qabel il-bidu tal-kors, wara l-approvazzjoni tasSenat. Suġġett għal xi tibdiliet li l-Bord jista’, bl-approvazzjoni tas-Senat, ikun kostrett jagħmel, l-istudenti huma obbligati li jsegwu t-taqsimiet studju u jiksbu l-kredti kif indikat fil-programm ta’ studju għall-qasam ta’ studju li qegħdin isegwu għall-Grad. Klassifikazzjoni tarRikonoxximent.
  1. L-evalwazzjoni globali tal-livell milħuq minn kull student għandha tkun ibbażata fuq ir-riżultati li jkun kiseb f’kull sena talkors li jingħataw piż skont il-kriterji li ġejjin: Il-Marka Medja tal-Ewwel Sena 10% Il-Marka Medja tat-Tieni Sena 20% Il-Marka Medja tat-Tielet Sena 30% Il-Marka Medja tar-Raba’ Sena 40%. Grad ta’ Bachelor of Technology - B. Tech. - bi klassifikazzjoni Għadda.
  2. Il-Grad ta’ Bachelor of Technology - B. Tech. - bi klassifikazzjoni Għadda għandu jingħata lill-istudent li ma jikkwalifikax għall-għoti tal-grad ta’ Bachelor of Engineering (Honours) - B. Eng (Hons) - iżda li jikseb minimu ta’ 180 kredtu, ħlief jekk l-istudent ikun eliġibbli u jagħżel li jirrepeti r-raba’ sena tal-kors. Il-Provvedimenti Speċjali għallKorsijiet fuq Bażi Part-Time Miżjud: A.L. 352 tal-
  3. Il-provvedimenti tal-ordinamenti preċedenti għandhom japplikaw mutatis mutandis għall-korsijiet li jsiru fuq bażi part-time, u suġġett għal dawk it-tibdiliet li jistgħu raġonevolment jitqiesu mill-Bord tal-Istudji bħala neċessarji minħabba n-natura part-time tal-Kors.

🔗 Għas-sors uffiċjali

AI explanation based on the official legal text. Indicative, not a substitute for legal advice.