GRAD TA’ MASTER OF SCIENCE IN REPRODUCTIVE HEALTH TAĦT IL-PATROĊINJU TAL-FAKULTÀ TAL-MEDĊINA U L-KIRURĠIJA [ L.S.327.384 1 LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 327.384 ORDINAMENTI GĦALL-GRAD TA’ MASTER OF SCIENCE IN REPRODUCTIVE HEALTH TAĦT IL-PATROĊINJU TAL-FAKULTÀ TAL-MEDIĊINA U L-KIRURĠIJA 27 ta’ Awwissu, 2010 L-AVVIŻ LEGALI 404 tal-2010, kif emendat bl-Avviż Legali 224 tal2013. 1.
(1)It-titolu ta’ dawn l-ordinamenti hu l-Ordinamenti għallGrad ta’ Ma st er of S cience in Reprodu ctive Hea lth taħ t i lpatroċinju tal-Fakultà tal-Mediċina u l-Kirurġija Titolu u tifsir.
(2)F’dawn l-ordinamenti, kemm-il darba r-rabta tal-kliem ma teħtieġx mod ieħor "il-Bord" tfisser il-Bord tal-Fakultà tal-Mediċina u l-Kirurġija; "il-Grad" tfisser il-grad ta’ Master of Science in Reproductive Health; "il-kors" tfisser il-programm ta’ studju li jwassal għall-Grad ta’ Master of Science in Reproductive Health; "il-Postgraduate Diploma" tfisser il-Postgraduate Diploma in Reproductive Health; u "ir-Regolamenti Prinċipali" tfisser ir-Regolamenti Ġenerali għarRikonoxximenti Universitarji ta’ wara l-Ewwel Grad. L.S. 327.328
- Dawn l-ordinamenti għandhom japplikaw għall-korsijiet li jibdew f’Ottubru 2013 jew wara. Applikabilità. Emendat: A.L. 224 tal-
- Il-kors ikun miftuħ għall-applikanti li għandhom: (a) il-grad ta’ Doctor of Medicine and Surgery, kif definit fit-Taqsima Ia tat-Tieni Skeda tal-Att dwar ilProfessjonijiet tas-Saħħa; jew Rekwiżiti għaddħul. Emendat: A.L. 224 tal-
- Kap.
- (b) kwalifika meqjusa mis-Senat, fuq ir-rakkomandazzjoni tal-Bord, bħala ekwivalenti għall-kwalifika msemmija fis-subparagrafu (a).
- Il-kors għandu jinfirex fuq tliet semestri ta’ studju fuq bażi full-time jew l-ekwivalenti fi studju fuq bażi part-time. Tul tal-kors. 5.
(1)Il-programm ta’ studju għandu jikkonsisti minn taqsimiet studju li għalihom hemm assenjati total ta’ 90 kredtu, li minnhom 60 kredtu huma assenjati għat-taqsimiet studju mgħallma u 30 kredtu huma assenjati għat-taqsima studju tad-dissertazzjoni. Programm ta’ studju.
(2)L-istudenti li jiksbu s-60 kredtu assenjati għat-taqsimiet studiu mgħallma b’marka medja ta’ mill-anqas 50% u ma jkomplux il-kors, jew wara li komplew ma jkunux spiċċaw b’suċċess iddissertazzjoni, jkunu eliġibbli għall-għoti tal-Postgraduate Diploma. 2 GRAD TA’ MASTER OF SCIENCE IN REPRODUCTIVE HEALTH TAĦT IL-PATROĊINJU TAL-FAKULTÀ TAL-MEDĊINA U L-KIRURĠIJA [ L.S.327.384
(3)Il-programm ta’ studju għandu jkun ippubblikat wara lapprovazzjoni tas-Senat, normalment mhux anqas minn tmien xhur qabel il-bidu tal-kors. Valutazzjoni u progress. 6.
(1)Il-valutazzjoni ta’ kull taqsima studju mgħallma għandha tkun kompluta sal-aħħar tas-semestru li fih ikun sar ittagħlim tat-taqsima studju.
(2)Dawk l-istudenti li f’xi sena akkademika jeħlu filvalutazzjoni ta’ mhux aktar minn 20 kredtu, jekk ikunu qegħdin isegwu l-kors full-time, jew mhux aktar minn 10 kredti jekk ikunu qegħdin isegwu l-kors part-time, jingħataw l-opportunità li joqogħdu għall-valutazzjoni mill-ġdid fil-valutazzjonijiet li weħlu minnhom fis-sessjoni tal-eżamijiet supplimentari ta’ Settembru.
(3)L-istudenti li jeħlu f’aktar mill-għadd ta’ kredti permess skont il-paragrafu
(2), jew l-istudenti li wara valutazzjoni mill-ġdid ma jiksbux il-kredti għal xi taqsima studju, jkunu meħtieġa jirtiraw mill-kors. Dissertazzjoni. 7.
(1)L-istudenti huma meħtieġa jippreżentaw dissertazzjoni individwali ta’ madwar 25,000 kelma skont il-linji gwida maħruġin mill-Bord.
(2)Ix-xogħol fuq id-dissertazzjoni għandu jsir waqt it-tielet semestru tal-kors. Kull student ikun assenjat superviżur mill-Bord, li għandu jipprovdi gwida u pariri fuq bażi regolari waqt il-perijodu ta’ studju.
(3)It-titlu provviżorju tad-dissertazzjoni u l-proposta ta’ riċerka dettaljata għandhom ikunu mressqa għall-approvazzjoni talBord sal-aħħar tal-ewwel semestru. Supervi\ur. 8.
(1)L-istudenti jkunu meħtieġa jżommu kuntatt regolari mas-superviżur tagħhom.
(2)Is-superviżuri għandhom jibgħatu lill-Bord rapporti dwar il-progress tal-istudenti taħt is-superviżjoni tagħhom fit-tmiem ta’ kull semestru ta’ studji, kemm jekk l-istudent ikun qiegħed isegwi l-kors fuq bażi full-time u kemm jekk part-time. Dawn ir-rapporti jistgħu jinkludu rakkomandazzjoni li jew (
- a)jittawwal il-perijodu ta’ studju biex l-istudent ikun jista’ jtemm id-dissertazzjoni; jew (
- b)jintemmu l-istudji qabel il-waqt jekk is-superviżur jidhirlu li dan huwa xieraq fiċ-ċirkostanzi, sakemm li: (
- i)l-estensjoni tal-perijodu ta' studju msemmija f’(
- a)tkun skont id-dispożizzjonijiet tar-Regolamenti Prinċipali; u (
- ii)il-Bord ma jistax itemm l-istudji qabel il-waqt skont (
- b)jekk qabel ma jkunx ta opportunità lill-istudent biex jiddefendi l-każ tieghu. Klassifikazzjoni tarRikonoxximenti. 9. Il-Marka Medja Finali Mwieżna għall-iskop talklassifikazzjoni tal-Postgraduate Diploma u tal-Grad għandha tkun ibbażata fuq ir-riżultati miksuba fil-komponenti kollha talprogramm ta’ studju, bil-kredti kollha jingħataw piż indaqs. GRAD TA’ MASTER OF SCIENCE IN REPRODUCTIVE HEALTH TAĦT IL-PATROĊINJU TAL-FAKULTÀ TAL-MEDĊINA U L-KIRURĠIJA [ L.S.327.384 10. Id-dispożizzjonijiet tal-ordinamenti preċedenti għandhom japplikaw mutatis mutandis għall-korsijiet li jsiru fuq bażi parttime, u suġġett għal dawk it-tibdiliet li jistgħu raġonevolmcnt jitqiesu mill-Bord bħala meħtieġa minħabba fin-natura part-time tal-kors. Dispożizzjonijiet speċjali għallkorsijiet fuq bażi part-time. 3