← Malta

L.S. 327.728 Regolamenti għal Mikrokredenzjali

[ L.S. 327.728 MIKROKREDENZJALI 1 LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 327.728 REGOLAMENTI GĦAL MIKROKREDENZJALI 16 ta’ Lulju, 2024 L-AVVIŻ LEGALI 165 tal-2024. 1.

(1)Dawn ir-regolamenti jistgħu jissejħu bħala rRegolamenti għal Mikrokredenzjali. It-Titlu u lInterpretazzjoni
(2)F’dawn ir-regolamenti, kemm-il darba r-rabta tal-kliem ma teħtieġx mod ieħor – “il-Bord” tfisser il-Bord tal-Fakultà li toffri l-Mikrokredenzjali; “il-Fakultà” tfisser il-fakultà, l-istitut, iċ-ċentru jew l-iskola li toffri l- Mikrokredenzjal; “il-Kretti ECTS” tfisser il-kretti mogħtija skont il-linji gwida talEuropean Credit Transfer and Accumulation System; “Mikrokredenzjal/i” tfisser rekord ta’ tagħlim miksub wara volum żgħir ta’ tagħlim. Mikrokredenzjali jistgħu jirreferu għal taqsimiet individwali ta’ tagħlim, jew taqsimiet miġbura tematikament bħala kors qasir; u “is-Senat” tfisser is-Senat tal-Università ta’ Malta. 2. Dawn ir-regolamenti għandhom japplikaw mill-1 ta’ Ottubru 2024 ’il quddiem. L-Applikabilità 3.
(1)L-Università tista’, fid-diskrezzjoni tas-Senat jew tal-Fakultà kkonċernata, toffri l-possibiltà lil persuni biex jirreġistraw bħala studenti viżitaturi għal: Ir-Reġistrazzjoni għal Mikrokredenzjali (
  1. a)taqsimiet-studju indipendenti offruti fi ħdan korsijiet tal-Università sal-ewwel grad jew wara lewwel grad; jew (
  2. b)taqsimiet-studju mfassla ad hoc sabiex jaqdu ħtiġijiet partikolari u approvati mis-Senat. Dawn il-Mikrokredenzjali jkunu offruti jew waħedhom, jew tematikament bħala kors qasir. Huma għandhom normalment ikunu assenjati mhux anqas minn 4 kretti ECTS u mhux aktar minn 25 krettu ECTS.
(2)Matul sena akkademika, studenti viżitaturi jistgħu jitħallew jirreġistraw għal Mikrokredenzjali li għalihom huma assenjati total ta’ mhux aktar minn 60 krettu ECTS.
(3)(
  1. i)Wara li jtemmu b’suċċess Mikrokredenzjal offrut bħala taqsima-studju individwali, l-istudenti viżitaturi jkunu intitolati 2 MIKROKREDENZJALI [ L.S. 327.728 għal traskritt akkademiku li jindika t-titlu tal-Mikrokredenzjal, illivell tal-Mikrokredenzjal skont il-QKM, l-għadd ta’ kretti ECTS assenjati għat-taqsima u l-marka/grad miksuba. (
  2. ii)Wara li jtemmu b’suċċess it-taqsimiet-studju kollha inklużi f ’programm ta’ kors tematiku qasir, l-istudenti viżitaturi jkunu intitolati għal Mikrokredenzjal li jindika t-titlu tal-kors tematiku qasir, il-livell tal-Mikrokredenzjal skont il-QKM, it-titlu, lgħadd ta’ kretti ECTS u l-marka/grad miksuba f’kull taqsima-studju inkluża fil-programm tal-kors qasir.
(4)Il-Bord ta’ Fakultà li joffri kors li jwassal għal ċertifikat, diploma, diploma għolja jew grad jista’ jippermetti t-trasferiment ta’ Mikrokredenzjal/i għal wieħed mill-korsijiet tiegħu jekk il-kontenut u l-livell ikunu komparabbli, u jekk it-taqsimiet-studju kkonċernati jkunu tlestew mhux aktar minn seba’ snin qabel. Ir-Rekwiżiti għadDħul 4.
(1)L-applikanti għandhom ikollhom dawk ilkwalifiki u/ je w xi rekwi żi ti oħra m eħ tieġa biex isegwu lMikrokredenzjal b’suċċess.
(2)Fejn applikabbli, ir-reġistrazzjoni ta’ studenti viżitaturi għal kwalunkwe Mikrokredenzjal għandha ssir fuq irrakkomandazzjoni tal-Bord. LApplikazzjonijiet 5.
(1)L-Università tħabbar il-Mikrokredenzjali li se jkunu offruti matul is-sena akkademika permezz tal-faċilità biex Tfittex Kors li tinsab fuq is-sit elettroniku tal-Università. Ir-rekwiżiti applikabbli għad-dħul u l-għadd ta’ postijiet disponibbli jkunu ppubblikati qabel il-bidu ta’ kull Mikrokredenzjali.
(2)L-applikanti jistgħu jirreġistraw għal Mikrokredenzjali fuq l-applikazzjoni preskritta, u fiż-żmien speċifikat mill-Uffiċċju tar-Reġistratur. L-Attendenza
  1. L-attendenza għal lectures, seminars, sessjonijiet tutorjali u esperjenzi ta’ tagħlim oħra hija obbligatorja u studenti viżitaturi jistgħu ma jitħallewx joqogħdu għall-valutazzjoni ta’ taqsima-studju jekk l-attendenza ma tkunx regolari. Il-Valutazzjoni
  2. Il-valutazzjonijiet għandhom isiru skont l-istess regolamenti tal-Università ta’ Malta u l-prassi fis-seħħ meta ttaqsima-studju tkun offruta. Iċ-Ċertifikazzjoni
  3. L-istudenti viżitaturi rreġistrati għal xi Mikrokredenzjali jkunu eliġibbli għal ċertifikazzjoni kif stabbilit fil-paragrafu
(3)tarregolament 3 ta’ dawn ir-regolamenti, jekk: (
  1. a)itemmu t-taqsima/taqsimiet-studju, jkunu mogħtija l-kretti assenjati lilha/lilhom, u jissodisfaw irrekwiżiti kollha preskritti f’dawn ir-regolamenti; u MIKROKREDENZJALI (
  2. b)[ L.S. 327.728 jissodisfaw kwalunkwe rekwiżiti oħra preskritti f’xi statuti, regolamenti u ordinamenti rilevanti oħra tal-Università. 9. Għal materji li m’hemmx provvedimenti dwarhom f’dawn ir-regolamenti, il-Bord għandu jkun iggwidat mill-provvedimenti tarRegolamenti Ġenerali għar-Rikonoxximenti Universitarji sal-Ewwel Grad, 2019, jew tar-Regolamenti Ġenerali għar-Rikonoxximenti Universitarji ta’ wara l-Ewwel Grad, 2021, kif applikabbli. Il-Provvediment Ġenerali 10. Ir-Regolamenti dwar iċ-Ċertifikazzjoni ta’ TaqsimietStudju Individwali u Għotjiet tal-2020, ippubblikati bħala Avviż Legali 292 tal-2020, għandhom jitqiesu li ma baqgħux fis-seħħ mill1 ta’ Ottubru 2024, dment li studenti viżitaturi rreġistrati fuq taqsimiet-studju qabel l-1 ta’ Ottubru 2024 għandhom ikomplu jkunu mmexxija mir-regolamenti li kienu jgħoddu fiż-żmien tarreġistrazzjoni tagħhom għat-taqsimiet-studju. It-Tħassir 3

🔗 Għas-sors uffiċjali

AI explanation based on the official legal text. Indicative, not a substitute for legal advice.