DOCTOR OF PHILOSOPHY – PH.D. – TAĦT ILPATROĊINJU TAĊ-ĊENTRU GĦAĊ-ĊIBERNETIKA BIJOMEDIKA [ L.S. 327.731 1 LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 327.731 ORDINAMENTI GĦALL-GRAD TA’ DOCTOR OF PHILOSOPHY – PH.D. – TAĦT IL-PATROĊINJU TAĊĊENTRU GĦAĊ-ĊIBERNETIKA BIJOMEDIKA 11 ta’ Settembru, 2024 L-AVVIŻ LEGALI 215 tal-2024 1.
(1)Dawn l-ordinamenti jistgħu jissejħu bħala lOrdinamenti għall-Grad ta’ Doctor of Philosophy – Ph.D. – taħt ilpatroċinju taċ-Ċentru għaċ-Ċibernetika Bijomedika. It-Titlu u lInterpretazzjoni
(2)F’dawn l-ordinamenti, kemm-il darba r-rabta tal-kliem ma teħtieġx mod ieħor – “ i l - B o r d ” t f i s s e r i l - B o r d t a ċ - Ċ e n t r u g ħ a ċ - Ċ i b e r n e t i ka Bijomedika; “iċ-Ċentru” tfisser iċ-Ċentru għaċ-Ċibernetika Bijomedika; “il-Grad” tfisser il-grad ta’ Doctor of Philosophy – Ph.D.; u “ir-Regolamenti Prinċipali” tfisser ir-Regolamenti tal-2023 għall-Grad ta’ Doctor of Philosophy – Ph.D. 2. Dawn l-ordinamenti għandhom japplikaw mill-1 ta’ Ottubru 2024 ’il quddiem. L-Applikabilità 3. L-applikanti għall-Grad offrut jkollhom wieħed mill-kwalifiki li ġejjin: Ir-Rekwiżiti għadDħul 4. miċ-Ċentru għandu (
- a)il-grad ta’ Master f’qasam ta’ studju rilevanti għal dak li qed japplikaw għalih; jew (
- b)il-grad ta’ Master of Dental Surgery; jew (ċ) il-grad ta’ Doctor of Medicine and Surgery; jew (
- d)il-grad ta’ Baċellerat f’qasam ta’ studju rilevanti għal dak li qed japplikaw għalih, miksub fl-Ewwel Klassi bl-Unuri jew fit-Tieni Klass bl-Unuri (Divizjoni ta’ Fuq); jew (
- e)kwalifiki meqjusa mis-Senat, fuq irrakkomandazzjoni tal-Bord, li huma ekwivalenti jew ogħla mill-kwalifiki speċifikati fil-paragrafi (
- a)sa (
- d)ta’ dan l-ordinament. L-applikanti jistgħu wkoll jintalbu juru l-kompetenza 2 [ L.S. 327.731 DOCTOR OF PHILOSOPHY – PH.D. – TAĦT ILPATROĊINJU TAĊ-ĊENTRU GĦAĊ-ĊIBERNETIKA BIJOMEDIKA tagħhom f’dawk il-ħiliet meħtieġa min-natura tar-riċerka proposta. Il-Kumitat taċĊentru għadDottorat 5. Il-Bord għandu jirrakkomanda lis-Senat il-ħatra ta’ Kumitat taċ-Ċentru għad-Dottorat, magħmul kif ġej: Id-Direttur taċ-Ċentru jew delegat, bħala President 3 membri li jkunu akkademiċi residenti. Il-Kumitat taċ-Ċentru għad-Dottorat jista’ jikkooptja membri oħra minn Fakultajiet/Istituti/Ċentri oħra, kif meqjus meħtieġ. It-TaqsimietStudju Mgħallma 6. Meta l-Bord iqis li hu meħtieġ, jista’ jitlob li l-istudenti jtemmu b’suċċess għadd ta’ taqsimiet-studju waqt il-kors tal-istudji tagħhom, u/jew li jtemmu b’mod sodisfaċenti xogħlijiet irrakkomandati mill-Bord, taħt dawk il-kundizzjonijiet li huwa jista’ jimponi, wara l-approvazzjoni tas-Senat. Il-Preżentazzjoni u l-Format tat-Teżi 7. Il-Bord għandu japprova u jippubblika linji gwida dwar ilformat u l-preżentazzjoni tat-teżi għall-Grad. It-Tħassir 8. L-Ordinamenti tal-2015 skont ir-Regolamenti tal-2008 għall-Grad ta’ Doctor of Philosophy – Ph.D. – għall-Grad ta’ Doctor of Philosophy – Ph.D. – taħt il-patroċinju taċ-Ċentru għaċĊibernetika Bijomedika, ippubblikati bħala Avviż Legali 324 tal2015, għandhom jitqiesu li spiċċaw mill-1 ta’ Ottubru 2024.